Ġeografija u Storja
Ġeografija
Il-Belt Valletta (Città Umilissima) hija l-kapitali ewlenija ta’ Malta u hija ċentru għall-attivita’ kulturali u kummerċjali. Fl-1980 il-Belt Valletta ġiet iddikjarata bħala sit ta’ wirt dinji mill-UNESCO u ġiet indikata bħala Zona ta’ Konservazzjoni Urbana mill-Awtorita’ Maltija tal-Ippjanar. Hemm madwar 1,500 liċenzja ta’ kummerċ reġistrat li joperaw fil-Belt Valletta. L-industriji u l-faċilitajiet relatati mal-marittimu huma karatteristika distintiva taż-żona tal-Port il-Kbir, li tagħha l-Belt Valletta hija l-aktar belt importanti. Il-Port il-Kbir ta’ Malta huwa port naturali tal-baħar fond, li jestendi 1.6 km ‘l ġewwa, protett minn breakwater b’ żewġ dirgħajn li jirrendih port sigur għat-temp kollu. Għandu mollijiet b’ użi multipli li jintużaw primarjament għall-immaniġġjar tal-merkanzija, kompluti b’ faċilitajiet ta’ trasport, ħżien u mħażen. Qasam ieħor importanti li qed jiġi żviluppat huwa s-suq tal-cruise liners. Fil-fatt dalwaqt jinbena cruiseliner passenger terminal internazzjonali.
